Filwaqt il-maltin bħalissa kienu moghnija bl-‘Isle of MTV Music week’, milli jidher kulħadd fuq din il-gzira jaħseb li kulhadd jagħmel parti mill-massa u li hawn Malta m’hawnx lok ghal kulturi muzikali oħra bħal ma hu l-istil Gotiku.
Biex nibda, L-istil Gotiku, jirreferi għas-settur li jiġbor fih dak kollu li ‘jsejħulu’ xenarju sotteran b’ġeneri ta’ mużika bħal ‘dark wave, gothic rock, EBM, industrial, fetish’, ezz …. Kumbinazzjoni jien inzertajt waħda
Mhux dejjem tarawni b-iswed għalkemm dak il-kulur favorit tiegħi.
M’hiniex iffissata fil-mewt u ma noqoghodx newden kif ħa nagħmel suiċidju.
La nixrob ħafn’ alkoħol u ma nieħux droga.
Ma nagħmilx parti minn xi setta satanika u l-Gotiku m’għandu x’jaqsam ma l-ebda reliġjon.
M’għandix xi ruxmata msielet ma ġismi kollu u mhinix mimlija tpinġija għalkemm jogħġbuni u narhom sbieħ fuq ħaddiehor imma jgħoddux għalija. Forsi għax nibża’ mill-labar ???
Dawn t’hawn fuq huma ħafna mill-kummenti indirizzati lejn
Jagħti l-każ li nuqqas ta’ informazzjoni twassal biex dak li jkun jibża’
Mela x’hinu il-Gotiku???
Ir-Rock Gotiku (Gothic Rock/Goth) hu ġeneru ta’ mużika li oriġinat fl-aħħar tas-snin sebgħin. Il-ġeneru innifsu ġie deskritt bħala l-muviment li nqata għalih mill-‘punk rock’ matul il-bidu tas-snin tmenin. Artisti tar-Rock Gotiku tkellmu fuq suġġetti tad-dlamijiet u ħsibijiet bħal ma huma l-biża, ir-romantiċismu, il-filosofija u x-xettitismu. Gruppi pijunieri tal-‘Gothic Rock’ jinkludu lil ‘Joy Division’, ‘Siouxsie & the Banshees’, ‘Bauhaus’, ‘The Cure’, ‘The Sisters of Mercy’, ‘The Mission’, ‘Sex Gang Children’, ‘Southern Death Cult’ (li wara sar jisimhom Death Cult sakemm fl-aħħar ħareġ il-grupp The Cult), ‘Killing Joke’, ‘Skeletal Family’, ‘Specimen’, ‘Alien Sex Fiend’, ‘Fields of the Nephilim’, ‘Rosetta Stone’, ‘London After Midnight’ u ‘The Wake’. Il-biċċa l-kbira tal-gruppi tar-Rock Gotiku
Dal-ġeneru ta’ Muzika qajjem kultura aktar wiesgħa fix-xena gotika li inkludiet il-postijiet ta’ divertiment gotiċi, ilbies gotiku u l-letteratura Gotika. Minbarra Mużiċisti, din il-kultura influwenzat ħafna artisti oħra fosthom pitturi u fotografi li ix-xogħol tagħhom kien bażat fuq motifi mistiċi, morbużi u romantiċi li jvarjaw
Stabbiliment ta’ Divertiment fl-Londra ‘The Batcave’ kien il-mudell ta’ ‘Club’ Gotiku peress li kien qed juża effetti speċjali bħal duħħan artifiċjali, friefet il-lejl tal-lasktu u għanqbut bħala tiżjin tal-post. Dawk li kienu jmorru hemm addottaw ilbies approppjat li wassal għal moda ta’ ilbies Gotiku. Ilbies Gotiku tipiku jinkludi xagħar miżbuħ iswed tuta, lapes iswed impinġi ma’ l-għajnejn, dwiefer miżbugħin suwed, ħwejjeġ suwed ta’ perjodu Vittorjan jew medjevali; Il-Gotiċi jista’ jkollhom imma mhux bil-fors ħafna msielet. Parti mill-ġojellerija tinkludi slaleb u simboli eġizzjani. Post rinomat għal ħafna ħwienet li l-biċċa l-kbira tagħhom jissupplixxu ilbies u aċċessorji Gotiċi, jinsab Londra ‘
Aktar informazzjoni fuq il-Muzika Gotika, Vidjows Mużikali, Kunċerti, attivitajiet u aħbarijiet mix-xena Gotika dejjem ikunu aġġornati fuq is-sit:
http://www.newromanticsmalta.bravehost.com/Alternativerock.html
Dawk li normalment mhumiex aċċettati mis-soċjeta`għandhom ikollhom id-dritt li jesprimu ruħhom mingħajr ma jiġu emarġinati u attakkati kull ħin u kull moment!!